Ritratti: Jitqaċċtu siġar tal-ħarrub fil-Qala fejn għandhom jinbnew appartamenti

Siġar fil-Qala bdew jitqaċċtu fis-sit fejn għandha tittella’ blokka appartamenti ta’ seba’ sulari.

Fi Triq il-Wardija u Triq 30 t’Ottubru, illum bdew jitqaċċtu s-siġar tal-ħarrub, iżda dawn is-sitt siġriet mhumiex l-uniċi li se jitqaċċtu f’dan l-iżvilupp. Magħhom għandhom jitqaċċtu wkoll sitt siġriet tal-lewż u żewġ siġriet tat-tin.

Kif kien is-sit qabel

F’dan l-iżvilupp (PA/08647/18) għandu jkun hemm 30 garaxx, uffiċċju, 53 binja residenzjali u dar b’pixxina b’kobor ta’ 1,600 metru kwadru fejn illum hemm l-għelieqi.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvat it-tneħħija tas-siġar peress li qalet li dawn mhumiex protetti bir-regolamenti.