Ritratti: Jitneħħew siġar tal-palm infettati mill-Furjana

Tneħħew siġar tal-palm li kienu infettati minn Triq Sant’Anna fil-Furjana.

Is-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili qalet ma’ Newsbook.com.mt li qed jitneħħa palm infettat min din it-triq prinċipali. Qalet li t-triq taqa’ taħt il-kontroll tal-Gvern u mhux tal-Kunsill Lokali.