Ritratti: Jitneħħa s-saqaf tal-kamra li splodiet fil-Għargħur

debris

Bħalissa fil-Għargħur għaddejja ħidma biex jitneħħa s-saqaf tal-kamra li lbieraħ wara nofsinhar splodiet fil-Għargħur.
Fuq il-post hemm il-Pulizija u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mit-taqsima tal-isplussivi (EOD).
L-isplużjoni li seħħet mal-bieb tad-dar ħalliet raġel ta’ 42 sena fil-periklu tal-mewt.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-kundizzjoni tar-raġel għadha ma nbidlitx.
Jidher li din aktarx kienet bomba li tpoġġiet mal-bieb tar-razzett li jinsab fi Triq l-Isqof Gargallo.
Sorsi qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-vittma huwa sid ta’ razzett. Żiedu jgħidu li dan ma kienx każ aċċidentali.
Dwar il-każ għaddejja inkjesta.
Ritratti: Ian Noel Pace