Ritratti: Jitneħħa l-periklu fiż-Żonqor

Facebook: Infrastructure Malta

Qed jinbnew mill-ġdid xi mollijiet fl-inħawi taż-Żonqor, f’Wied il-Għajn.

Infrastructure Malta spjegat li minħabba l-kurrent u taħbit tal-maltemp, il-mollijiet kienu qed jittieklu minn taħt. Minħabba f’hekk, iddeċidiet li jinbeda proġett biex jinbnew mill-ġdid, li huwa proġett ta’ daqs miljun ewro.

Qalet li qed tittama li l-mollijiet l-ġodda jinfetħu għall-pubbliku sas-sajf, jekk jippermetti t-temp biex tkompli l-ħidma fix-xhur li ġejjin.