Ritratti: Jitlesta t-tieni l-aktar bini għoli fid-Dinja

Waqt ċerimonja li saret fiċ-Ċina, tpoġġiet l-aħħar parti mill-bini tat-torri Shanghai li issa huwa l-aktar binja għolja fil-pajjiż.

It-torri huwa għoli 632 metru u għalhekk huwa t-tieni l-iktar torri għoli fid-dinja wara Burj Khalifa f’Dubai li jlaħħaq ftit aktar minn 829 metru.