Ritratti: Jitlef il-kontroll tal-karozza qrib Bieb il-Bombi

Raġel tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u baqa' dieħel f'siġra fl-inħawi ta' Bieb il-Bombi.
L-inċident seħħ ftit qabel it-3pm.
Huwa ġie mgħejjun minn persuni li kienu għaddejjin mill-istess triq. 
Għal xi ħin fl-inħawi inġema' t-traffiku. 
Fortunatament, ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratti: Leon Xuereb