Ritratti: Jitfaċċa tron ta’ Game of Thrones fil-Belt Valletta

Monique Agius

Fil-Belt Valletta, propju faċċata tal-Parlament il-ġdid, tfaċċa siġġu li s-soltu bosta jarawh fuq is-serje popolari Game of Thrones.

Bosta ammiraturi qed jistaqsu dan x’jista’ jfisser, hekk kif hawn konfużjoni dwar għaliex dan is-siġġu partikolari tfaċċa hemm. Intant, ħdejn is-siġġu wieħed qed jiġi inkoraġġut jieħu r-ritratti u jtellagħhom fuq Instagram u juża l-hashtag #GoForTheThrone.

Is-serje popolari Game of Thrones mistenni jkompli propju l-ġimgħa d-dieħla, fil-15 ta’ April.

Propju f’Marzu, il-kumpanija HBO li tipproduċi s-serje Game of Thrones, iddeċidiet li qabel ma jibda t-tmien u l-aħħar staġun tas-serje, tpoġġi sitt tronijiet f’pajjiżi differenti madwar id-dinja. Mhux magħruf jekk dan hux parti mill-istess kampanja jew xi ħaġa differenti.