Ritratti: Jisparaw il-gass tad-dmugħ fuq l-immigranti mal-fruntiera

Migrants, part of a caravan of thousands from Central America trying to reach the United States, are seen injured after U.S. Customs and Border Protection (CBP) throw tear gas to the Mexican side of the fence as they prepared to cross it illegally, in Tijuana, Mexico, January 1, 2019. REUTERS/Mohammed Salem

Aġenti Amerikani mal-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku sparaw il-gass tad-dmugħ fuq grupp immigranti li huma sejħu “vjolenti,” li kienu qegħdin jippruvaw jaqsmu minn Tijuana.

Uffiċjali Amerikani qalu li l-grupp attakka lill-aġenti Amerikani, iżda xhud għall-kamra tal-aħbarijiet Reuters qal li ma rax lill-immigranti jitfgħu ġebel fuq l-aġenti.

Dan ġara fis-sigħat bikrin tat-Tlieta, wara li iżjed minn 150 immigrant avviċinaw iż-żona tal-fruntiera f’Tijuana tard filgħaxija t-Tnejn. L-immigranti qalu li ħasbu li l-miżuri tas-sigurtà se jkunu inqas ħorox minħabba li kien l-Ewwel tas-Sena.

Wara li bdew jisparaw fuqhom il-gass tad-dmugħ, l-immigranti reġgħu ppruvaw jgħaddu liż-żgħażagħ u lit-tfal minn fuq iċ-ċint għan-naħa tal-Istati Uniti.

Kelliema għad-Dipartiment tas-Sigurtà Interna Amerikana sejħet lill-grupp “vjolenti” u qalet li huma kienu sparaw fuq l-aġenti, u dawn kienu ddefendew ruħhom b’forza minima. Hija kompliet tgħid li jeħtieġ li jinħarġu fondi biex jinbena ħajt mal-fruntiera, ħaġa li ilu jisħaq għaliha l-President Amerikan Donald Trump.

Id-direttur tar-riċerka tal-grupp Amnesty International, Justin Mazzola, qal li din il-mossa kienet vili, u qed isejjaħ għal investigazzjoni indipendenti.

L-aġenzija favur il-protezzjoni mal-fruntiera (CBP) qalet li ħafna minn dawn l-immigranti daru lura lejn il-Messiku, filwaqt li 25 minnhom, inklużi 2 żgħażagħ, qed jinżammu mill-uffiċjali Amerikani.