Ritratti: Jisimgħu leħen b’ilsien differenti

L-episodju tal-lejla mis-sensiela Aeingma jġib l-isem ta’ L-Ispirtu u jlaqqagħna ma’ sitt żgħażagħ li jiddeċiedu li jagħmlu reunion biex jiftakru ftit dwar meta kienu iżgħar. Imorru jqattgħu xi jiem ġewwa farmhouse.

Malli jidħlu ma jinnutaw xejn stramb iżda mbagħad mal-ħin jibdew jisimgħu leħen b’ilsien differenti, jidwi f’widnejhom. Biss mhux lil kulħadd.

Erbgħa biss jibdew jisimgħu dan il-lehen, waqt li t-tnejn l-oħra ma jisimgħu xejn. Tgħid għaliex? U x’jiġri fl-aħħar? Barra minn hekk din il-farmhouse żgur ma jgħix ħadd fiha?

Aenigma jixxandar nhar ta’ Ħamis fil-11.30pm fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315.