​Ritratti: Jinxteħet jibki quddiem bank Grieg minħabba l-pensjoni

Huma ħafna r-ritratti li rajna fl-aħħar jiem li juru s-serjetà tas-sitwazzjoni finanzjarja fil-Greċja.
Dawn ir-ritratti juru pensjonant Grieg fi stat iddisprat jistenna quddiem fergħa ta’ bank f’Tessaloniki biex ikun jista’ jiġbed il-pensjoni tiegħu.
L-anzjan jinxteħet bilqiegħda mal-art u jibda jibki.
Ritratt ieħor juri uffiċjal tas-sigurtà u maniġer tal-bank li qed jipprovaw jikkalmaw lir-raġel.
Għada l-Ħadd il-Greċja tivvota fir-referendum dwar il-bailout.