Ritratti: Jintemm l-istaġun tal-Cross Country fil-Mountain Bike

Angie Conti

L-istaġun tal-Cross Country fil-Mountain Bike għall-2019 ġie fi tmiemu l-Ħadd filgħodu meta l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ospitat il-Kampjonati Nazzjonali Trustmoore fil-Park Nazzjonali tal-Majjistral, mgħaruf għaż-żoni esposti u tekniċi.

Il-bidliet żgħar li saru kienu aktar tekniċi li għamlet ir-rotta aktar iebsa. Madwar 50 ċiklist ħadu sehem fid-diversi kategoriji. Kif kien mistenni, l-iktar kategoriji kkontestati kienu dawk tal-Elite u l-Open.

Maurice Formosa għalaq l-istaġun fun nota pożittiva billi żamm it-titlu ta’ ċampjin. L-istaġun ta’ Formosa kien kemxejn diffiċli meta kellu jirtira fl-ewwel tellieqa tal-istaġun u kellu jieqaf għal xi ġimgħat minħabba korriment. Madankollu, Formosa kien lest biex jiġġieled għar-rebħa.

Il-tellieqa ingħatat bidu bħas-soltu meta l-ewwel grupp fuq quddiem kien magħmul minn Formosa, Etienne Bonello u duo mill-Agones Mark Bonnici u Jason Vella. Dan tal-aħħar kellu bidu daqxejn ħażin meta waqa fl-ewwel dawra, din il-waqgħa kkawżat xi problem mekkaniċi li telfu ħin prezzjuż. B’Vella, temporanjament jaqa’ lura, Patrick Scicluna ngħaqad mat-trio fuq quddiem. Fl-ewwel telgħa teknika kienu Formosa u Bonello li affermaw il-pożizzjonijiet tagħhom fuq quddiem. Fit-tieni dawra Formosa żied ir-ritmu biex kiseb vantaġġ komdu fuq Bonello.

Vella għamel sforz massiv biex jerġa jikseb postu fuq quddiem, eżatt wara Formosa. Formosa u Vella taw spinta miġġielda biex jgħatu waħda mill-iktar finituri eċċitanti li qatt ingħata fil-kategorija Elite. Etienne Bonello spiċċa fit-tielet post.

Riżultati

Elite 1 st Maurice Formosa (The Cyclist)

2 nd Jason Vella (Agones SFC)

3 rd Etienne Bonello (Team Greens)

Ladies 1 st Marie Claire Aquilina (Team Greens)

2nd Fiona Darmanin Tedesco (Mosta AF Sign Studio CC)

Sport

1st Bernard Sant (Mosta AF Sign Studio CC)

2nd Liran Ben Ari (Agones SFC)

3rd Dennis Dolci (Agones SFC)

Masters 40+

1st Paul Zarb (The Cyclist)

2nd Domenic Cutajar (Gozo C.C.)

3rd Stephen Grima (Gozo C.C.)

Masters 50+

1st Brian Magri (The Cyclist)

2nd Enrico Brandamante (Agones SFC)

3rd David Pace

Juniors

1st Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio CC)

2nd Stefan Scerri (Gozo C.C.)

E-Bikes

1st Robert Magro

2nd Thomas Meachen

3rd Jonathan Falzon