Ritratti: Jintemm il-kampjonat V2 Powerboat

It-tielet tellieqa mill-kampjonat tal-V2 Powerboat ġiet mirbuħa mit-tim El Diablo. Dan it-tim ipparteċipa f’dan il-kampjonat għall-ewwel darba u rnexxielu jakkwista 20 punt biex b’hekk spiċċa fil-quċċata tal-klassifika. Fit-tieni u t-tielet post ikklassifikaw it-timijiet Marine Diffusion u Freccia Blu rispettivament.

Aaron Ciantar, membru tat-tim El Diablo faħħar u rringrazzja lill-udjenza li nġabret biex tara t-tellieqa. Il-kampjonat kien maqsum fuq il-weekend kollu. Marine Diffusion rebaħ il-kampjonat bit-tim Freccia Blu jikseb it-tieni post. Fit-tielet post kklassifika t-tim Atomic and Grey filwaqt li t-tim El Diablo kiseb ir-raba’ post.