Ritratti: Jinstabu żewġ żoni illegali tal-insib f’Għawdex

F’Għawdex instabu żewġ żoni illegali tal-insib.  Dawn kienu f’Ta’ Sannat u f’Ta’ Sarraflu f’Ta’ Kerċem.
Kienu uffiċjali tal-CABS u tal-Pulizija li kmieni din il-ġimgħa sabu u żarmaw dawn iż-żoni illegali fejn kien hemm tliet xbieki, għasafar tal-plastik u għasfura oħra ħajja.
Skont il-CABS, għandha filmat ta’ nassab jonsob illegalment u juża recording bil-ħsejjes tal-għasafar. 
Il-filmat jinsab f’idejn il-pulizija u jirriżulta li wiċċ in-nassab jidher sew.
Mill-bidu ta’ Lulju sa issa, minn meta l-CABS bdiet tfittex żoni illegali tal-insib, irnexxielha ssib u tirrapporta 26 żoni illegali għall-insib.