Ritratti: Jinstabu ħajjin il-persuni li għebu fin-nar f’Kalifornja

Reuters

L-aħħar ftit persuni li kienu għadhom fil-lista ta’ persuni li għebu kawża tan-nar f’Kalifornia, instabu waqt il-ħidma intensiva li għaddejja mill-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

In-nar ilu jaqbad għal dawn l-aħħar 10 jiem u farrak aktar minn 1,000 dar waqt li l-awtoritajiet evakwaw kull żona possibbli li tista’ tiġi affetwata min-nirien.

Dan l-inċident kien wieħed fost l-akbar mis-16-il każ ta’ nirien f’Kalifornia.

Skont id-Dipartment of Forestry and Fire Protection f’Kalifornia, dawn in-nirien bdew kawża ta’ vettura li ħadet in-nar fit-23 ta’ Lulju. Madanakollu sostna li m’hemmx aktar perikli għal żoni abitati.

Aqra aktar dwar dan minn hawn.