Ritratti: Jinstab denb l-ajruplan tal-AirAsia

Għaddasa rnexxielhom isibu fil-baħar id-denb tal-ajruplan tal-AirAsia u għall-ewwel darba jxandru ritratti tiegħu.
11-il ġurnata wara t-traġedja, is-sejba ta’ denb l-ajruplan qed titqies bħala waħda importanti ħafna hekk kif fid-denb għandu jkun hemm il-kaxxa s-sewda bid-dettalji tal-vjaġġ.
Id-denb instab minn żewġ għaddasa li minkejja l-mewġ qawwi, kmieni l-Erbgħa filgħodu niżlu fil-baħar Java, jfittxu żewġ oġġetti kbar li ntlemħu waqt it-tfittxija.
Fis-sigħat li għaddew, f’wiċċ l-ilma kienu diġà nltemħu u nġabru aktar fdalijiet tal-ajruplan bħal seats u bieb ta’ emerġenza.
L-ajruplan għeb minn fuq ir-radar fit-28 ta’ Diċembru li għadda meta telaq minn Surabaya fl-Indoneżja għal Singapore, b’162 persuna abbord.
Ritratti: Basarnas/AFP/Getty Images