Ritratti: Fil-periklu tal-mewt meta nqalab bit-trailer fil-Marsa

Sewwieq ta' 43 sena minn San Ġwann jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu meta kien involut f'inċident tat-traffiku fil-Marsa.
Ir-raġel kien qed isuq trailer u meta nqaleb fuq ġenbu, kien għaddej fi Triq Galibardi li minn Ħal-Luqa tagħti għall-Marsa.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-11:30am, meta għal xi raġuni ħabat ma' ħajt u l-vettura nqalbet. 
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma' ambulanza.
It-trailer ġarrab ħsarat estensivi.
Ritratti: Media Police/MDT