Ritratti: Il-Pulizija jarrestaw persuni wara argument f’Birkirkara

Credit: Joseph Giordimaina

Read in English.

Argument bejn żewġ irġiel fuq Bus stop ħoloq pandimonju sħiħ fi Triq il-Wied, Birkirkara, il-bieraħ fil-għaxija.

L-arġument beda għal ħabta tal-10.20pm bejn raġel u koppja li kienu qed jistennew għal karozza tal-linja.

Ammont ta’ nies qed jiġu mitkellma wara investigazzjonijiet tal-pulizija.

Pulizija fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li inqala’ argument beda wieħed mill-istabbilimenti fil-viċinanzi.

Diversi pulizija u membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU) issejħu fuq il-post. Xi persuni dehru jidħlu ġo karozza tal-Pulizija.

L-ebda mill-persuni nvoluti ma ġarrab ġrieħi.