Ritratti: Jinqabad jisraq minn supermarket f’Tas-Sliema

Ritratti li rċieva Newsbook.com.mt juru żagħżugħ li deher jisraq minn supermarket f’Tas-Sliema.
Fil-jiem li għaddew iż-żagħżugħ daħal fi Scotts Supermarket tefa’ xi affarijiet f’basket li kellu ma’ dahru u ħarab minn fuq il-post mingħajr ma’ ħallas.
Ir-ritratti taż-żagħżugħ qed iduru fuq il-midja soċjali u f’temp ta’ 48 siegħa, fuq Facebook biss ġew ixxerjati iktar minn 830 darba.
Ikkuntattjata minn Newsbook.com.mt it-Taqsima tal-Midja tal-Pulizija qalet li għad m’għandhiex dettalji dwar dan il-każ.