Ritratti: Jinħatru 47 Surġent ġdid fi ħdan il-Korp tal-Pulizija

Fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija dalgħodu saret iċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ 47 Surġent ġdid kif ukoll ta’ 31 Spettur li ġew ikkonfermati fil-kariga tagħhom wara li kienu bil-probation.

Minbarra dawn, 5 eks membri li rtiraw wara 25 sena fil-korp, ingħataw tifkira tas-servizz tagħhom.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Manuel Mallia flimkien mac-Chief of Staff Silvio Scerri, il-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit u diversi uffiċjali oħra tal-Korp.