Ritratti: Jingħataw l-unuri lill-plejers tal-waterpolo

Jordan Camilleri ta’ Neptunes rebaħ l-unur tal-BOV Premier Division. Camilleri kien strumentali biex Neptunes għelbu lil San Ġiljan fil-finali tal-playoff tal-Kamjonat BOV. L-unur tan-nisa mar għand Louise Cachia ta’ Sliema li hi magħrufa għall-attitudni tajba tagħha waqt il-logħob. Hija qatt ma taqta’ qalbha u għenet lit-tim tagħha jasal jirbaħ il-Kompetizzjoni BOV Knockout.

Il-Captain ta’ Marsaxlokk Christian Gialanze rebaħ l-unur tal-BOV tal-Ewwel Diviżjoni, wara li wassal lit-tim tiegħu għal titli ta’ kampjonati konsekuttivi fl-2018. Neptunes iddominaw il-kategoriji taż-żgħar b’Jeremy Abela jirbaħ l-unur tal-kampjonat U/20, Ken Erdogan u Jake Muscat it-tnejn rebħu l-unur fil-kategoriji tal-U/17 u tal-U/15 għat-tieni sena konsekuttiva. Alec Fenech ta’ Sliema rebaħ l-unur fil-kompetizzjoni tal-U/13.