Ritratti: Jingħata l-aħħar tislima l-eks President Amerikan

L-ogħla politikanti ta’ Washington taw ġieħ lill-eks President tal-Amerka George Bush hekk kif il-katavru tiegħu kien fl-istat fil-Capitol. Fi żmienu kien evoka l-era ta’ ċivilità bipartiġġjanata fil-politika Amerikana.

Membri tal-Kabinett ta’ Bush, legiżlaturi, viċi-presidenti u l-imħallfin tal-Qorti Suprema onoraw lill-president filwaqt li ddaħħal fir-Rotunda tal-Capitol.

Aktar tard filgħaxija, wara li l-familja u d-dinjitarji telqu, il-President Donald Trump u l-mara Melania Trump taw it-tislima tagħhom għal żewġ minuti quddiem it-tebut.