Ritratti: Jingħata bidu għall-Kampjonat Pro Alcohol Racing Fuel 2018

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drifting tagħti bidu għall-Kampjonat Pro Alcohol Racing Fuel 2018.
Il-kampjonat beda b’avveniment spettakolari, mimli adrenalin u divertiment fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f'Ħal Far.
Il-programm beda b’sensiela ta taħriġ liberu fejn is-sewwieqa iffamiljarizzaw ruħhom mat-trakka kif ukoll biex isiru l-aħħar preparamenti fil-karozzi.
Kien imiss li jingħata bidu għall-kwalifiki fejn kull sewwieq għamel l-aħjar tiegħu, ta’ l-aħjar wirja lill-pubbliku u ngħata l-punti mistħoqqa bbażati fuq it-teknika tad-drifting li jinkludu l-angolu, il-veloċità u l-istil.
Għal darba oħra l-livell kien wieħed tajjeb ħafna kif ukoll in-numru ta sewwieqa baqa' jiżdied b’hekk kien hemm seba' sewwieqa fis-sezzjoni PRO u sitt sewwieqa fis-sezzjoni ta' karozzi tat-triq.
Sam Schembri fuq Nissan 350z segwit minn Clint Abela fuq Skyline rebħu s-sezzjoni ta' karozzi tat-triq. Filwaqt illi Andrea Fabri fuq Enemed Toyota Supra rebaħ il-klassi professjonali segwit minn George Muscat b’Nissan 350z fit-tieni post u Kenneth Micallef fuq BMW fit-tielet post.
L-avveneniment ġie mxandar live fuq il-paġna ta' Facebook ta' Motorsmt fejn aktar minn 20,000 persuna segwew minn madwar id-dinja.
Ir-rawnd li jmiss se jsir fl-14 ta' April fit-trakka tal-kwart ta' mil f'Ħal Far b’aktar dettalji jingħataw aktar 'il quddiem fuq il-paġna ta Facebook ta' Malta Drifting Association