Ritratti: Jinfetaħ l-Oktoberfest għall-185 darba

Reuters

Ilbieraħ kienet l-ewwel ġurnata ta’ Oktoberfest li reġa’ ġie organizzat għall-185 darba fil-Bavaria, il-Ġermanja.

Madwar 6 miljun persuna inġabru għall-festival tal-birra biex igawdu birra tajba, ikel tradizzjonali bħaz-zalzett u l-pretzels u mużika tal-oompah bands.

L-Oktoberfest beda b’tiġrija taż-żwiemel fl-1810 bħala ċelebrazzjoni tat-tieġ tal-Prinċep mill-Bavaria Ludwig u l-Prinċipessa Thereses minn Saxony-Hildburghausen. Matul is-snin, l-avveniment sar iktar popolari sakemm inbidel f’festival folkloristiku bit-tined, l-ilbiesi tradizzjonali, u diversi attivitajiet ta’ divertiment bħal rollercoasters.

Il-festival se jsir bejn 22 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru. Is-sena l-oħra, madwar 7.5 miljun litru ta’ birra ġie ikkonsmat matul l-avveniment. L-Oktoberfest huwa wieħed mill-aktar festivals popolari u huwa parti mill-kultura tal-Bavaria. Isir kull sena fil-Bavaria u f’ postijiet oħra għal 16 jew 18-il jum fl-aħħar ta’ Settembru u sal-bidu ta’ Ottubru.