Ritratti: Jilbsu kostumi tal-Milied u jferrħu tfal morda

Grupp ta’ ħbieb u qraba ddeċidew li jilbsu kostumi tal-Milied u jżuru tfal fi djar residenzjali u anke dawk fl-Isptar Mater Dei.

F’messaġġ li ntbagħat lil din il-kamra tal-aħbarijiet ġie spjegat li dawn qassmu rigali lit-tfal. Sostnew li dan għamluh sabiex kulħadd iħossu ferħan u għal mument jinsew mit-tbatija li għaddejjin minnha.

George Aquilina, wieħed mill-persuni involuti f’din l-inizjattiva spjega li huma jixtiequ wkoll iħajru persuni oħrajn sabiex jagħmlu bħalhom u jagħtu ftit mill-ħin prezzjuż tagħhom biex iferrħu persuni fil-bżonn.