Ritratti: Jiġġieldu għan-nifs fil-Ġżira

Din mhix żona ta’ gwerra imma x-Xatt tal-Gżira għall-ħabta tad-9 ta’ dalgħodu.
Persuni li kienu għaddejjin mill-inħawi qalu ma’ Newsbook.com.mt li daħna kbira dehret ħierġa minn sit ta’ kostruzzjoni u għattiet lil min kien għaddej.
Ilmentaw li ma kien hemm l-ebda forma ta’ lqugħ li seta’ jikkontrolla t-trabijiet kbar.
Għadd ta’ turisti u nies fi triqithom għax-xogħol inzertaw għaddejin mill-inħawi.