Ritratti: Jiġbru l-plastik li ġab il-maltemp

Inġabar il-plastik li spiċċa fuq ix-xatt ta’ Għajn Tuffieħa wara l-maltemp li ħakem lil Malta fl-aħħar jiem.

Il-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera qal li l-effett tal-plastik fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem qed ikompli jiżdied, u dan jitlob bidla fil-mentalità.

Huwa qal dan meta tkellem waqt ħidma li matulha nġabar il-plastik mill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent u l-għaqda ‘No To Plastics’ li spiċċa fil-bajja t’Għajn Tuffieħa.

Il-Ministru Herrera sostna li din il-bajja titqies bħala żona sensittiva ħafna għall-ambjent u hija wkoll sit ta’ Natura 2000. Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku biex jirrapporta mal-awtoritajiet  kull meta jara plastik jinġarr fuq l-art.

Ritratti: MESCD