Ritratti: “Jien intihom l-ikel u huma jtuni l-imħabba” – Joseph Chetcuti

Ritratt: Facebook/JosephChetcuti

Araniissa reġa’ għal darb’oħra fetaħ qalbu beraħ biex ibiddel il-ħajja tal-ifqar fost il-fqar din id darba minn Tagaytay fil-Filippini flimkien mal Fondazzjoni U u s Sorjiet Agostinjani. Il-faqar li Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu qed imissu kuljum huwa kbir u jħallik bla kliem.

Joseph bħalissa jinsab fil-Filippini biex imidd idejh u jagħmel ħidma u jgħin lill-foqra f’dan il-pajjiż.

Ritratt: Facebook/Araniissa

Emozzjonijiet kbar hekk kif Joseph jidħol ġewwa għorfiet li qed jaqgħu biċċiet u jmiss b’idejh il-veru faqar li dawn in-nies jgħixu fih. U qalbek toħrog tara t-tfal orfni mingħajr l-imħabba tal-omm u l-missier filwaqt li jħoss ammirazzjoni kbira għas-Sorijiet partikolarment Sister Nancy soru Maltija mill-Għargħur li tagħti lil dawn it-tfal foqra mħabba unika!

Ritratt: Facebook/Araniissa

Filmati esklussivi li se jixxandru f’edizzjoni speċjali ta’ Araniissa lejn l-aħħar ta’ Jannar 2020 fuq l-istazzjon One, u ġimgħa wara fil-maratona tal Fondazzjoni U.

“Dawn it-tfal qed inaqqxu b’kitba tad-deheb l-imħabba vera ġewwa qalbi u kull jum li jgħaddi qed induq biċċa żgħira oħra mill-Ġenna!” qalilna Joseph f’kumment li tana proprju dalgħodu qabel ma beda ġurnata oħra ta’ ħidma ma’ dawn it-tfal fil-Filippini.