Ritratti: Jidħlu fi Spanja wara li Malta u l-Italja qalulhom le

The Open Arms rescue boat run by the Spanish Proactiva Open Arms charity, arrives to port carrying migrants rescued off Libya, after Italy and Malta, both much closer to the place of rescue, had refused to let it dock in their ports, in Barcelona, Spain, July 4, 2018. REUTERS/Albert Gea

Vapur tas-salvataġġ tal-Open Arms b’60 immigrant abbord daħal f’Barċellona, wara li ma ġiex aċċettat minn Malta u l-Italja. Fosthom hemm ħames nisa u erbat itfal ta’ diversi nazzjonalitajiet fosthom Palestinjani u Sirjani.

L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Reuters iddeskriviet dan bħala l-aħħar eżempju ta’ qasma Ewropea dwar l-immigrazzjoni.

Il-Prim Ministru l-ġdid Spanjol, Pedro Sanchez, offra għat-tieni darba f’xahar li jilqa’ dawn l-immigranti, li kienu eqreb lejn l-Italja u Malta.

Hekk kif il-vapur daħal fil-port ta’ Barċellona, biswit il-cruiseliners u vapuri tal-merkanzija, in-nisa, l-irġiel u t-tfal bdew iċapċpu u jifirħu.

Is-Sindku ta’ Barċellona Ada Colau qalet li dan huwa l-Baħar Mediterran u l-Ewropa li nixtiequ, fejn iil-ħajja hi ċċelebrata u protetta.

F’Ġunju, Spanja aċċettat is-629 immigrant li kienu fuq il-vapur Aquarius, li dam jiem sħaħ bejn sema u ilma għax Malta u l-Italja bdew jimpikaw dwar min għandu jaċċettah.

L-Ewroparlamentari kritikaw il-ftehim li ntlaħħaq bejn il-mexxejja waqt is-summit

Waqt dibattitu tal-plenarja fil-Parlament Ewropew li sar fil-preżenza tal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker, ħafna mill-Ewroparlamentari kkritikaw dak li ħareġ mis-summit u qalu li l-ftehim nieqes minn affarijiet konkreti.

Ħafna mill-Ewroparlamentari kritikaw lill-mexxejja tal-Istati Membri talli ma rnexxillhomx jilħqu qbil konkret fuq kif se jindirizzaw l-immigrazzjoni filwaqt li dak li qablu fuqu ftit li xejn mhu se jkun qed jibdel l-affarijiet kif inhuma sejrin bħalissa bir-riżultat lin-nies xorta se jibqgħu jmutu fil-Mediterran.

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani saħaq li l-PE ilu jistenna biex jibda jinnegozja r-riforma tar-Regolament ta’ Dublin.

Il-Parlament Ewropew japprova €500 miljun għall-edukazzjoni tat-tfal refuġjati fit-Turkija

L-Erbgħa l-PE approva €500 flimkien mal-€50 miljun li kienu diġa allokati bħala għajnuna umanitarija mill-€3 biljun estenzjoni għar-refuġjati fit-Turkija biex ikun assigurat li l-edukazzjoni tat-tfal tar-refuġjati titkompla mingħajr interruzzjoni.

L-abbozz tar-rapport li kien jirrakkomanda li l-baġit jiġi approvat ġie preparat minn Siegfried Muresan. L-Ewroparlamentari ivvuttaw fuq ir-rapport b’548 vot favur, 70 vot kontra u 61 astenzjoni.