Ritratti: Jiċċelebraw għeluq snin ommhom u xorta żammew id-distanza

Happy Birthday
Santa Luċija

Filwaqt li qed josservaw dak li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jitolbu f’dawn iż-żminijiet, żewġt aħwa xorta rnexxielhom jiċċelebraw għeluq snin ommhom.

Il-pjan oriġinali ta’ Daniela u Antonella Mizzi kien li joħorġu lil ommhom Maria f’okkażjoni ta’ għeluq id-69 sena tagħha. Iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti xorta żaruha u dan billi marru faċċata ta’ dar fejn Maria toqgħod f’Santa Luċija u waħħlulha ma’ ċint l-awgurju tagħhom waqt li wkoll kantawlha ‘Happy Birthday’.

Maria Mizzi ferħet b’dan il-ġest u ħarġet ixxejjer liż-żewġt uliedha li kien ilha ħmistax ma tara.

Awguri kemm lil Maria kif ukoll lil ħafna oħrajn li bħalissa qed jiċċelebraw għeluq sninhom b’mod mill-aktar differenti mis-soltu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn