Aġġornata: Jibqa’ dieħel bil-karozza fi stejġ u joqtol raġel

Aġġornata 12.22pm
Ir-raġel ta’ 61 sena li kien qiegħed ukoll fuq l-istejġ meta seħħ l-inċident fatali, jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Aktar kmieni
Raġel ta’ 66 sena dalgħodu miet fuq stejġ tal-linja meta baqgħet dieħla fuqu karozza 
fl-Imtarfa.

Jidher li s-sewwieq tal-karozza għandu 17-il sena u m’għandux liċenzja tas-sewqan.

Kawża tal-ħabta, is-saqaf tal-istejġ ċeda u ġie kollu fuq il-karozza.

L-inċident ġara fi Triq l-Imtarfa għall-ħabta tal-10.30am meta Patist Azzopardi, kien bilqiegħda fuq il-bank jitkellem ma’ qarib tiegħu.

Ir-raġel l-ieħor, ta' 61 sena ġarrab biss ftit ġrieħi iżda ttieħed xorta Mater Dei.

Anke s-sewwieq ittieħed l-isptar.

Il-Pulizija qed tinvestiga u nfetħet inkjesta maġisterjali.


Ritratti fuq info@newsbook.com.mt