Ritratti: Jibdew jitqaċċtu s-siġar tal-ħarrub f’Ħad-Dingli

siġar tal-ħarrub Ħad-Dingli
Miguela Xuereb

Dalgħodu Infrastructure Malta bdiet tqaċċat is-siġar tal-ħarrub f’Ħad-Dingli minħabba l-pjan li għandha li tgħaddi triq fl-għelieqi fiż-żona.

Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola xerred xi ritratti ta’ dan u staqsa fejn qiegħed il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia li suppost jipproteġi l-ambjent.

Is-siġar qegħdin jitqaċċtu minkejja li fadal 30 jum biex jiġi appellat il-permess li ħarġet l-Awtorità għal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex dawn is-siġar jitqaċċtu. Dawn għandhom bejn 300 u 400 sena.

Cassola qal li “bullies arroganti” bħall-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u l-Kap ta’ Infrastructure Malta Frederick Azzopardi, bil-protezzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, qegħdin jitħallew jiksru l-liġi bil-kumdità kollha.

Dingli: Infrastructure Malta destruction Infrastructure Malta are at this moment felling down the supposedly…

Posted by Arnold Cassola on Wednesday, October 14, 2020

Il-Moviment Graffitti qal li l-ħidma biex jitqaċċtu s-siġar waqfet daqsxejn għalissa. Hemm attivist fuq is-sit li qed isegwi kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

‼️ Infrastructure Malta once again flouting the rules, having turned up to cut down 300-years-old carob trees in Dingli,…

Posted by Moviment Graffitti on Wednesday, October 14, 2020

Il-Knisja wkoll tkellmet kontra dawn il-pjanijiet u sejħet il-permess maħruġ mill-ERA bħala “tal-mistħija.” Oġġezzjonat għal dawn il-pjanijiet ukoll peress li jfissru l-qerda tal-għajxien ta’ diversi bdiewa, kif ukoll detriment għall-Kappella ta’ Santa Duminka li ilha mis-seklu 15.