Ritratti: Jibda x-xogħol fuq il-ġnien tal-Foss f’Ħaż-Żabbar

Jidher li beda x-xogħol fuq il-ġnien tal-Foss f’Ħaż-Żabbar. Dan ħabbru s-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar stess Mark Vella Bonnici fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Hu sostna li ż-Żabbarin ilhom is-snin jistennew li tibda l-ħidma fuq dak il-proġett li se jwassal sabiex il-ġnien li kien ilu snin twal mitluq jinbidel f’park għall-familji.

Vella Bonnici spjega li l-Park se jinkludi diversi żoni għall-picnics u oħrajn fejn ikunu jistgħu jilgħabu t-tfal. Se jsir ukoll park għall-klieb maġenb l-istess żona. Is-Sindku temm billi rringrazzja lill-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera, il-ħaddiema ta’ Ambjent Malta u dawk kollha li kienu involuti fil-proġett.

Wara snin ta' stennija beda x-xogħol fuq il-ġnien tal-Foss ġewwa Ħaż-#Żabbar. Kif wegħdna dan ser isir park…

Posted by Marc Vella Bonnici on Thursday, January 31, 2019