Ritratti: Jgħumu, jieklu u jilagħbu fiż-żibel

Skont il-Bank Dinji, sas-sena 2100, iż-żibel solidu madwar id-dinja se jaqbeż il-11-il miljun tunnellata fis-sena.
Isemmi kif it-tniġġiż fl-arja huwa inkwetanti f’postijiet bħal Los Angeles fl-Istati Uniti, u diversi bliet fiċ-Ċina u l-Ażja. Jirreferi wkoll għar-rimi taż-żibel u kimika li jniġġżu l-kwalità tal-ilma.
Ritratti li ttieħdu minn fotografi madwar id-dinja juru l-konsegwenzi tal-ammont kbir ta’ żibel u t-tniġġiż, li qed taffaċċja l-ġenerazzjoni li qed titla’.
Ir-ritratti ttieħdu fil-Filippini, l-Indja, l-Afganistan, il-Pakistan, Mumbai, l-Indoneżja, l-Arġentina, il-Gwatemala u l-Uganda.