Ritratti: Jgħixu l-mumenti tal-qtil f’Marsalforn

Dalgħodu sar l-aċċess tal-ġuri tal-qtil li seħħ erba’ snin ilu fil-parkeġġ tal-Qbajjar, limiti ta’ Marsalforn.
Il-ġurati ntalbu jmorru fuq il-post, fejn sar l-aċċess li dam madwar sagħtejn.
L-akkużat, raġel ta’ 67 sena minn Marsalforn, qed jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ John Spiteri ta’ 54 sena u b’attentat ta’ qtil tat-tifel tiegħu. Fil-Qorti nstema’ kif l-argument beda dwar siġra. Allegatament, l-akkużat saq lejn Spiteri u ibnu u għadda minn fuq il-missier.
Il-ġimgħa li għaddiet, l-espert forensiku Mario Scerri qal fil-Qorti kif il-vittma kien iddaħħal l-isptar b’nifsu maqtugħ, konfuż, u ma jistax jitkellem. Żied jgħid li miet ftit tal-ħin wara.
L-istess espert forensiku qal li l-akkużat kellu wkoll ġrieħi gravi f’wiċċu, ikkawżati minn erba’ daqqiet ta’ ponn. Spjega li l-ġrieħi li ġarrab ikkawżawlu żgur uġigħ kbir li tista’ twassal għal reazzjoni mhux mistennija.
Ritratti: Carmel Saliba
It-tieni ritratt intbagħat fuq info@newsbook.com.mt