Aġġornata: Il-‘mafkar’ ta’ Daphne jerġa’ jimtela fjuri

Fil-lejl li għadda, persuni li għadhom ma ġewx identifikati reġgħu kinsu l-mafkar tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia mir-ritratti, xemgħat u fjuri li kienu tpoġġew fl-aħħar attività li fakkret il-memorja ta’ Daphne.
M'għaddix wisq ħin sakem l-attivisti reġgħu dehru jpoġġu fjuri u xemgħat ġodda fejn il-monument.
Il-persuni mhux identifikati din id-darba neħħew kollox mal-lejl, għajr għal biċċiet tal-ħwat imkissrin, ħwat vojta u anki xemgħat moħlija.
Ritratti: Ian Noel Pace