Ritratti: Jerġa’ jasal Malta l-Eclipse ta’ Abramovich

Reġa’ wasal Malta wieħed mill-ikbar super yachts fid-dinja, l-Eclipse tal-biljunarju Russu Roman Abramovich.
Dan il-jott qed isorġi f’Xatt il-Kaldarun fl-Isla qrib it-Tarzna ta’ Palumbo.
Dan is-super yacht ġie kkummissjonat f’Ottubru tal-2010 u jiswa €942 miljun.
L-Eclipse huwa twil 162 metru u wiesgħa 26 metru u jista’ jakkomoda 36 persuna apparti l-ħelikopter.
Roman Abramovich, li  huwa wkoll il-propjetarju tat-tim tal-futbol ta’ Chelsea, iddeċieda li fl-Eclipse jinkludi wkoll numru ta’ barijiet kif ukoll ġimm.
Għalkemm l-Eclipse huwa wieħed mill-ikbar jottijiet privati fid-dinja, l-ikbar wieħed huwa l-Azzam tax-Sheik Khalifa bin Zayad al-Nayam.