Ritratti: Jekk tara xi wieħed minn dawn l-oġġetti rrapporta lill-Pulizija

Il-Bormliżi qed jappellaw biex jekk xi ħadd jara wieħed jew uħud minn dawn l-erba' oġġetti misruqa mill-knisja ta' Bormla jirraporta minnufih lil Pulizja.
Dawn huma ftit mill-affarijiet li nsterqu mill-knisja fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.
Fil-fatt, bħalissa qed issir ħidma biex jinstabu aktar ritratti tal-oġġetti l-oħra misruqa.
Persuna, jew persuni mhux magħrufa daħlu fil-knisja ta' Bormla billi telgħu mal-iscafolding li hemm mal-faċċatata tal-knisja u niżlu b'ħabel minn tieqa fil-kor tal-kolleġġjata.
Il-ħallliel, jew ħallelin, żgassaw it-tabernaklu u serqu l-pissidi li kien hemm fih, iżda qabel bgħattluh mill-Ewkaristija.
Ippruva jew ippruvaw jisirqu wkoll il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Mis-sagristija nsterqet labra tad-djamanti li titlibbes lill-kwadru titulari fi żmien tal-festa u anke numru ta' kaliċijiet.
Fost il-kalċijiet kien hemm wieħed tal-viċi-Arċipriet li kien rigal ta' ommu u missieru għall-ewwel quddiesa tiegħu.

Ritratt: Mark Micallef