Ritratti: Jekk għadek ma rajtux mur qabel jitlaq!

Do not enter Shipwreck

Taħt sema griża ssoktat il-ħidma sabiex jitneħħa l-vapur Hephaestus li jinsab inkaljat fil-Qawra. Ilbieraħ beda x-xogħol wara li ġie approvat il-pjan u l-permess ambjentali.
Il-kuntratt tat-tneħħija ngħata lil Cassar Ship Repair (CSR), li issa beda jwassal fuq il-post l-inġenji li se jkollu bżonn għal din il-ħidma u qed jagħmel l-aħħar preparamenti qabel jibda x-xogħol.
Il-vapur Hephaestus, tanker ta’ 60 metru rreġistrat it-Togo, inkalja fil-Qawra waqt maltempata fl-10 ta’ Frar li għadda.
Ritratti: Ian Noel Pace