Ritratti: Jeħlisha ħafif wara li skiddja u daħal f’arblu fil-Furjana

Żagħżugħ ta’ 22 sena minn Birkirkara ħelisha ħafif wara li llum wara nofsinhar skiddja bil-karozza fil-Furjana
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm eżattament hekk kif qabeż Bieb il-Bombi fid-direzzjoni tal-Furjana.
Għal xi raġuni ż-żagħżugħ tilef il-kontroll, baqa' dieħel f'arblu tad-dawl u spiċċa fuq bankina.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.