Ritratti: Jasal Malta l-katavru tal-Kardinal Grech; mument ta’ talb

Read in English.

Hekk kif il-katavru tal-Kardinal Prospero Grech inġieb Malta u ttieħed fil-Kolleġjata ta’ San Lawrenz il-Birgu. Diversi persuni ngħaqdu flimkien f’mument ta’ talb. Il-Kardinal Grech miet fit-30 ta’ Diċembru li għadda, ftit jiem wara li ċċelebra għeluq sninu.

Il-Kardinal Malti twieled fl-24 ta’ Diċembru 1925, jifforma parti mill-Ordni Agostinjan u kien wieħed mill-fundaturi tal-Istitut Patristiku Agostinjan f’Ruma. 

Għada l-Arċisqof Charles Scicluna, fis-2pm, se jkun qed jiċċelebra quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

Flimkien mal‑Arċisqof se jikkonċelebraw l‑Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta; l‑Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku tad‑Djoċesi ta’ Għawdex; l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi; u l‑Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa, il-Kenja