Ritratti: Jaqgħu għal wiċċhom xħin joħorġu mill-karozza

Moda ġdida li qed taqbad mhux ħażin fuq Instagram hija li wieħed jieħu ritratt tiegħu taparsi waqa’ hu u nieżel mill-karozza. L-għan ta’ dan huwa li wieħed iġib jidher fir-ritratt l-affarijiet prestiġjużi u tad-ditta li għandu bħal eżempju basktijiet u ħwejjeġ tad-ditta.

Din il-moda bdiet propju fiċ-Ċina u kien irrapurtat li mal-miljun persuna għamlet din l-isfida fuq il-midja soċjali Webo sakemm sabet ruħha fuq Instagram.