Ritratti: Jaqbeż ċint u jispiċċa ġo parapett ta’ lukanda

Xufier ta' karozza, għal xi raġuni, qabeż iċ-ċint u baqa' dieħel ġo parapett ta' lukanda bil-karozza tispiċċa sserraħ fit-taraġ fuq poġġaman tal-ħadid.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu f'Buġibba.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li jidher li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Il-karozza kelli l-pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin.