Filmat u ritratti: Jiżżewweġ l-attur Aidan Cauchi

L-attur Aidan Cauchi għadu kif iżżewwġ lill-maħbuba tiegħu Alicia Calleja. Huwa għamlu l-wegħdiet ta’ mħabbithom lejn xulxin quddiem il-qraba u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll iż-żewġ uliedhom, f’ċerimonja li saret fil-Knisja l-Qaima ta’ Santa Maria fl-Imrieħel.

Ritratt: Sean Azzopardi

Cauchi, wiċċ magħruf fuq it-televiżjoni permezz tas-sehem tiegħu f’sensiliet bħal Manwela, Iċ-Ċaqqufa, Ratj ma Rajtx, Ħbieb u Għedewwa, Ma Tinbidel Qatt u Eklissi.

Ritratt: Sean Azzopardi

Il-koppja bħalissa tinsab fi triqitha għar-riċeviment biex tiċċelebra dan l-avveniment mal-mistednin tagħha.

Ritratt: Sean Azzopardi

Awguri Aidan u Alicia.