Ritratti: Iżżewweġ il-kantant Chris Grech

Awguri lill-kantant Chris Grech li s-Sibt li għadda żżewweġ lill-maħbuba tiegħu Rodianne. Il-koppja għandhom tifel, Jack, li kien ukoll preżenti waqt il-mument importanti li fih Chris u Rodianne żżewġu permezz ta’ żwieġ ċivili.

Chris kien ħa sehem fi tlett edizzjonijiet tal-Malta Eurovision Song Contest, dawk tal-2013, 2014 u l-2015 kif ukoll konna rajnieh waqt X Factor Malta. Hu ħa sehem ukoll f’bosta musicals fosthom Jesus Christ Superstar u anki ħa sehem f’Rockestra.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Chris u Rodianne għal dan il-kapitlu ġdid fil-ħajja tagħhom.