Ritratti: Iżżewġet Philippa ta’ The New Victorians

Issa li qed naqgħu lura fin-normalità bdew ukoll jiġu ċċelebrati t-tiġijiet u proprju lbieraħ fil-Bidnija Philippa Cassar, nofs id-duo The New Victorians, iżżewġet lill-imħabba ta’ ħajjitha Julian Naudi.

Il-koppja kellhom oriġinarjament jiżżewġu fis-17 ta’ Mejju iżda kellhom imexxu l-pjan tagħhom minħabba fir-restrizzjonijiet kaġunati mill-Covid-19.

Madanakollu ħatfu l-mument biex setgħu jwettqu dak li qalbhom xtaqet u fl-istess waqt jibdew il-ħajja bħala koppja miżżewġa.