Ritratti: Iżżewġet l-attriċi Adriana De Carlo

Ritratt: Facebook/Adriana De Carlo

L-attriċi Adriana De Carlo żżewġet ilbieraħ filgħaxija lill-maħbub tagħha Andrè Micallef.

Ritratt: Facebook/Adriana De Carlo

De Carlo ilha tirreċta minn età żgħira u bla dubju tibqa’ assoċjata mal-karattru ta’ Denise fis-sensiela Simpatiċi. Hija ħadmet ukoll f’bosta sensiliet oħra ta’ suċċess bħal Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Ingropp-pi kif ukoll is-sensiela F’Salib it-Toroq.

Ritratt: Facebook/Adriana De Carlo

F’messaġġ fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Adriana rringrazzjat lill-familja, ħbieb u kollegi li għamlu dan il-jum wieħed memorabbli.