Ritratti: Iżżewġet il-kantanta Raquel Galdes

Ilbieraħ kien jum speċjali għall-kantanta Raquel Galdes hekk kif iżżewġet lill-maħbub tagħha Christian Briffa. Aktar kmieni mal-ġurnata il-kantanta kienet ħabbret uffiċjalment li fi ftit sigħat oħra kienet se tkun qed tingħaqad fiż-żwieġ ma’ Christian.

Huwa bdew joħorġu flimkien fl-2015 u l-proponiment kien sar fil-Barrakka Ta’ Fuq wara sentejn flimkien.

Il-kantanta ta’ 34 sena iddebbuttat fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Mhux Pupa Biss u wara għaddiet għal festivals bħal Malta Eurovision Song Contest b’kanzunetti bħal Invisible (2014), Stop Haunting Me (2015) u Flashing Lights (2016). Rajnieha wkoll f’bosta avvenimenti mużikali fosthom Rockestra.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Christian u lil Raquela f’dan il-kapitlu ġdid ta’ ħajjithom.