Ritratti: Ivvandalizzata l-istand ta’ ELSA waqt Freshers’ Week

Matul il-lejl li għadda ġiet ivvandalizzata l-istand tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istudenti tal-Liġi (ELSA) li tinsab armata għall-Freshers’ Week.
Fuq Facebook, Third Eye tefgħet ir-ritratti tal-ħsara li saret minn xi ħadd mhux magħruf.
Intant, għadd ta’ Għaqdiet tal-Istudenti, fosthom tal-Liġi, tal-Mediċina u oħrajn ikkundannaw dan l-att.
Min-naħa tiegħu, il-Kunsill tal-Istudenti Universitarji ħeġġeġ lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha lil dawk responsabbli.