Ritratti: Ivvandalizzat bust f’Ħal Qormi

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi kkundanna l-att vandalu fuq il-bust tal-poeta Ġorġ Żammit f’Ħal Qormi, kif ukoll bus stop li tinsab fil-viċinanzi.
Fi stqarrija, il-Kunsill spjega li rrapporta l-att vandalu lill-Pulizija u talab għal investigazzjoni immedjata.
Il-Kunsill appella wkoll lill-awtoritajiet sabiex ikun hemm pieni ferm aktar ħorox għal min jinqabad jagħmel vandaliżmu u atti tat-tip.
Appella wkoll sabiex kull min għandu xi tagħrif dwar l-att jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija.