Ritratti: It-toroq Maltin kalmi minkejja l-maltemp

Minkejja l-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin kmieni waranofsinhar, it-toroq Maltin huma kalmi u m’hemmx traffiku.
Ritratti meħudin minn numru ta’ CCTV cameras li hemm madwar Malta juru li t-toroq bħalissa huma vojta, kemm mill-karozzi kif ukoll min-nies.
Minkejja dan, ma jonqosx li xi postijiet iffawru bl-ilma, bħalma ġara fl-Imsida u fil-Wied ta’ Ħal Balzan.
Iktar kmieni llum il-Pulizija avżat lis-sewwieqa jsuqu b’attenzjoni wara li l-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bassar temp b’ħalbiet tax-xita bir-ragħad minn ħin għall-ieħor matul il-ġurnata tal-lum.
 

Ritratti: Skyline u MRTU.